Attent jekk se tgħaddi minn Bormla

Triq San Nikola f’Bormla se tkun magħluqa għada matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu.
Transport Malta avżat li se jsiru xogħlijiet mill-kuntrattur fi Triq San Nikola Bormla bejn is-7.00 ta’ filgħodu u l-4.00 ta’ waranofsinhar.
Triq San Nikola se tkun kompletament magħluqa għat-traffiku minn fejn id-dħul għal Triq il-Polverista, sal-ħruġ tar-roundabout.
Transport Malta avżat lis-sewwieqa biex it-traffiku li jkun ġej minn Triq San Ġwann t’Għuxa jgħaddi minn Triq il-Polverista filwaqt li dawk li ġejjin minn Triq Bormla se jgħaddu minn Triq l-Immakulata. Transport Malta ħeġġet lis-sewwieqa biex jevitaw iż-żona, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni filwaqt li skużat ruħha tal-inkonvenjent.

[googlemaps https://www.google.com/maps/d/u/1/embed?mid=1cpPqfeEi29KKGjDvtjERhPND_ZBxZ92C&w=640&h=480]