Aġġornata bil-filmat: Żagħżugħ l-Isptar wara ħabta f’Santa Venera

Attent jekk se tgħaddi mill-mini ta’ Santa Venera direzzjoni lejn il-Marsa jew Ħal Qormi. Dan hekk kif għall-ħabta tas-2pm seħħ inċident bejn karozza u mutur.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ fi Triq Reġjonali fejn seħħ impatt bejn karozza, li fiha kien hemm mara ta’ 41 sena residenti l-Ħamrun u raġel ta’ 50 sena residenti l-Marsa u mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 26 sena ta’ nazzjonalità Indjana, residenti San Ġwann.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Waħda mill-karreġġjati direzzjoni lejn il-Marsa kellha tingħalaq għal xi ħin għat-traffiku. Riżultat ta’ dan inġema’ ħafna traffiku.