Attent jekk se tgħaddi mill-Marsa

Read in English.

Infrastructure Malta qed tavża li l-karreġġjata ta’ Vjal Sir Paul Boffa minn Kordin lejn il-Marsa se tkun magħluqa għada s-Sibt, 9 ta’ Novembru.

Dan għaliex se jkunu qed jitellgħu u jitqiegħdu f’posthom l-itwal travi tal-konkos tal-flyovers tal-Proġett tal-Marsa. Dawn it-travi se jaqsmu fuq korsiji li qed jintużaw bħalissa, u għalhekk “se jkollhom jingħalqu biex niżguraw saħħet il-pubbliku u l-ħaddiema”. 

Aqra: Ian Borg jgħid li l-flyover mhix bil-ħsara

Xufiera huma mitluba li jsegwu t-tabelli mir-roundabout ta’ Kordin lejn it-triq li tgħaddi mill-inħawi ta’ Baċir Nru. 7, lejn iż-żona ta’ Albert Town, il-Marsa. 

Vjal Sir Paul Boffa fid-direzzjoni tal-Marsa se tkun miftuħa biss għall-karozzi Tallinja.

Aqra: Ritratti: “Qed jaqa’ ġebel mill-flyover” – Arrigo; “l-istess post” – Borg

Aqra: Jikkonferma li l-inawgurazzjoni tal-flyovers ġiet tiswa €40,000

🚧 #Tomorrow (#Saturday 9th November), 11am – 6pm, Sir Paul Boffa Avenue’s northbound carriageway (#Paola/#Corradino to…

Posted by Infrastructure Malta on Friday, November 8, 2019