Attent jekk se tgħaddi mill-Kappara llejla

Transport Malta qed tavża li matul il-lejl li ġej se jsiru xogħlijiet fuq is-servizzi li se jgħaddu mill-Kappara.
Għalhekk Triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni lejn San Ġiljan, se tkun magħluqa għat-traffiku minn qabel il-mini sar-roundabout ta’ Triq Reġjonali.
Din il-parti tat-triq se tkun magħluqa bejn id-9.30pm u s-2am.
It-traffiku lejn San Ġiljan se jgħaddi mill-bypass ta’ Birkirkara.
It-traffiku fid-direzzjoni tal-Universita’ mhux se jiġi affettwat.
Is-sewwieqa huma mitluba  jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fit-toroq.
Ritratt: Transport Malta