Aġġornata: Attent jekk se tgħaddi mill-Imsida

Aktar traffiku mistenni jinġabar fl-Imsida fil-ħin li ġej.
Dan hekk kif seħħet ħabta viċin il-Junior College.
L-inċident seħħ ftit wara t-3pm fi Triq ix-Xatt tal-Imsida bejn vann u karozza tal-linja.
Sorsi fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li l-impatt bejn il-vetturi seħħ wara li l-vann inċidentalment baqa' ħiereġ mit-triq tal-ġenb.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Madanakollu riżultat ta' dan l-inċident kompliet tiżdied il-konġestjoni tat-traffiku fl-akwati tant li diversi karozzi tal-linja ma setgħux jieqfu fuq l-istejġ.