Attent jekk se tgħaddi mill-Imrieħel

Partijiet minn Triq in-Negozju, Triq l-Imprendituri u Triq San Ġwakkin se jingħataw kisi mill-ġdid.
Ix-xogħlijiet se jibdew illejla wara s-6pm u mistennija jitlestew matul il-lejl tal-Ġimgħa.
Għaldaqstant, l-aċċess għat-traffiku se jiġi sospiż f’dawn l-iljieli bejn is-6pm u s-6am. Madanakollu, matul il-ġurnata, il-vetturi xorta waħda se jkunu jistgħu jgħaddu minn dawn it-toroq,
Dan il-proġett se jkun qed isir bis-sehem ta’ Transport Malta f’kollaborazzjoni ma’ Mrieħel Enterprise Zone Foundation u Projects Plus.