Aġġornata: Raġel gravi wara inċident bejn 3 karozzi

Raġel ta’ 54 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fl-Imrieħel bejn tliet karozzi.
Traffiku inġema hekk kif ingħalqet il-bypass tal-Imrieħel wara inċident mal-lights.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li l-ħabta bejn tliet karozzi seħħet fit-3pm meta karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 19-il sena minn San Pawl il-Baħar, ħabtet ma' karozza oħra misjuqa minn raġel ta' 54 sena mir-Rabat.
Kawża tal-istess ħabta, ntlaqtet ukoll karozza oħra misjuqa minn raġel ta' 53 sena minn Ħad-Dingli.
Ir-raġel ta' 54 sena ttieħed l-isptar Mater Dei.
Ritratt: Simon Gauci