Attent jekk se tgħaddi minn Triq l-Imdina direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ. Dan hekk kif fl-aħħar ħin seħħ inċident bejn żewġ vetturi.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm. Riżultat ta’ dan l-inċident inġema’ xi traffiku hekk kif waħda miż-żewġ karreġġjati lejn Ħaż-Żebbuġ kellha tingħalaq.
Kawża tal-inċident inxtered xi żejt fit-triq, għalhekk is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni. Ħadd ma jidher li weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.