Attent jekk qed tuża Windows 10

Read in English.

Microsoft skopriet erba’ difetti serji f’Windows 10 li tibża’ li jistgħu jintużaw biex jintbagħtu viruses fuq kompjuters mad-dinja kollha. Permezz ta’ dawn id-difetti hackers jistgħu jaċċessaw u jxerrdu viruses minn fuq kompjuter u server għal ieħor. S’issa madwar 400 miljun persuna madwar id-dinja jużaw Windows 10.

Fi stqarrija Microsoft qalet li d-difetti huma ‘wormable’, jiġifieri jistgħu jintużaw biex jintbagħtu diversi viruses li jinfirxu b’mod awtomatiku minn fuq kompjuter għal ieħor mingħajr ma jinduna s-sid tal-kompjuter u mingħajr ma jkollu bżonn jagħmel xejn.

Id-difetti jaffettwaw diversi operating systems inkluż Windows 10, Windows 7, Windows 8, Windows Server 2008 u Windows Server 2012. Windows XP, 2003 u 2008 mhumiex vulnerabbli għal dawn id-difetti.