Attent jekk jitlagħlek dan l-avviż fuq l-internet – Il-Pulizija

Il-Pulizija qed twissi lill-pubbliku biex joqgħod attent jekk jitlagħlu l-avviż li jidher fir-ritratt fuq l-internet. Hija qiegħda tinvestiga dan l-avviż qarrieqi li qed jinforma lin-nies li s-sistema tagħhom teħtieġ l-attenzjoni jew inkella, se tikkorrompi ruħha.

Diversi persuni għamlu rapport lill-Pulizija li meta fetħu l-browser tal-internet, telgħalhom dan l-avviż, b’vuċi tinstema’ tgħidilhom jieħdu ħsieb is-sistema. Peress li l-avviż jinkludi numru tat-telefown Malti, hemm iżjed ċans li l-Maltin jaqgħu għal dan l-avviż u jemmnuh.

Il-Pulizija qiegħda twissi biex min jitlagħlu dan l-avviż ma jċempilx lin-numru indikat u lanqas ma jittrasferixxi flus, kif inhu mitlub. Dan il-malware huwa magħruf bħala Ransomware.

Min ikollu xi mistoqsija dwar dan jista’ jikkuntattja lill-Pulizija fuq 22942 2231/2.