Attent jekk ihabbtulek il-bieb biex jigbru ghal Ta’ Pinu

Ir-Rettur tas-Santwarju ta’ Pinu ħareġ appell fuq il-midja soċjali sabiex ħadd ma jagħti l-flus lill-persuni li qed iħabbtu l-bibien tad-djar jgħidu li qed jiġbru l-flus għas-Santwarju.
Filwaqt li talab lir-residenti kollha Għawdxin sabiex joqgħodu attenti minn dawn in-nies, saħaq li ħadd m’għandu permess li jagħmel dan it-tip ta’ ġbir.
Fl-appell, ir-Rettur tas-Santwarju qal li dawk kollha li jintalbu jagħtu xi flus f’isem is-Santwarju għandhom jagħmlu rapport immedjat lill-Pulizija.