Attent jekk iċempillek dan in-numru

Attent jekk tirċievi telefonata minn dan in-numru. Dan hekk kif dan in-numru hu parti minn skema qarrieqa li ġġiegħel lil dsk li jkun iċempel lura.
Riżultat ta’ dan jispiċċa jinsteraqlek il-kreditu kollu li jkollok fil-mowbajl.
Għalkemm dawn it-tip ta’ telefonati qarrieqa kważi saru norma, fuq il-midja soċjali llum kienu ħafna li ġibdu l-attenzjoni u lmentaw hekk kif irċevew aktar minn 10 telefonati minn dawn it-tip ta’ numri matul il-ġurmata sa tard filgħaxija.
L-awtoritajiet qed jappellaw biex il-pubbliku jevita milli jwieġeb dawn telefonati qarrieqa.