Attent jekk ħiereġ bil-kelb: Jinstab aktar velenu

Attent jekk tkun miexi bil-kelb Santa Venera.
Dan hekk kif instab velenu tal-ġrieden fuq bankina fil-lokalità.
Għalkemm it-triq eżatt mhix magħrufa din mhix ħaġa ġdida hekk kif fl-akwati lejn Birkirkara xi ġimgħat ilu ndtab velenu tsl-bebbux fuq il-bankina.
Għalkemm l-użu ta’ dan tal-aħħar suppost hu llegali, fuq il-midja soċjali qed ikunu żvelati diversi każijiet u sejbiet ta’ velenu ta’ dan it-tip li qed ikun mormi fuq il-bankini fil-lokalitajiet.
Riżultat ta’ dan diversi klieb u annimali mansi oħra qed jisfaw ivvelenati, b’każijiet partikolari jseħħu ftit tax-xhur ilu f’Għajn Tuffieħa u Ta’ Qali fil-park tal-klieb stess.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li dan it-tip ta’ velenu ta’ ħsara għal dawn il-ħlejjaq instab ukoll f’Pembroke viċin is-sit tal-BMX l-grawnds tal-Melita, sit magħruf ma’ ħafna għal pikniks.
Għalkemm is-sidien li jiltaqgħu ma’ dawn il-każijiet u l-awtoritajiet jagħmlu ħilithom biex jitneħħa kull periklu qed ikun appellat biex sidien tal-annimali, partikolarment qtates u klieb, joqgħodu attenti meta joħorġuhom.