Attent jekk għandek minn dan il-ġelat fil-friża

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali appella lill-pubbliku biex ma jikkunsmax il-ġelat tat-tipi Dessert Ripple u Strawberry Ripple tad-ditta Smiles Slimex.

Fi stqarrija d-Direttorat qal li r-raġuni għal dan huwa li l-kumpanija stess irrappurtat li f’dawn il-prodotti hemm possibilità li wieħed isib preżenza ta’ biċċiet tal-plastik.

Il-volum tal-prodotti huwa ta’ żewġ litrli u jinkludi l-lottijiet kollha, eskluż it-13 ta’ Jannar tal-2022 u d-dati ta’ wara.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.