Attent jekk għandek dan il-prodott; fih il-pestiċida

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika informa lill-pubbliku biex ma jikkunsmax it-taħlita ta’ żrierag bijoloġiċi ta’ Carrefour Bio għax jaf fih il-pestiċida.

Fi stqarrija kien spjegat li s-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) ħarġet appell biex il-prodott ta’ Carrefour Bio ma jkunx ikkunsmat minħabba l-possibilità ta’ kotaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodott.

Fl-istqarrija kien spjegat ukoll li f’dawn l-aħħar ġimgħat instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi organiżmi fil-ġunġlien, imkabbra u esportati mill-Indja. Madanakollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat li jintuża fil-pajjiżi tal-UE, għalkemm huwa permess li jintuża f’pajjiżi barra l-UE, bħall-Indja. F’livelli għoljin u espożizzjoni fit-tul, jista’ jkun karċenoġenu.

Il-prodott partikolari jagħmel parti mil-lottijiet 1655 u L20B1206 u durabbiltà minima hija ta’ 20/05/2021 u 23/07/2021. Il-piż tal-prodott huwa ta’ 250 gramma.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.