Attent jekk allerġiku għall-karawett

Read in English.

Il-pubbliku qed jiġi mgħarraf sabiex ma jikkunsmax il-prodotti differenti tal-pesto tad-ditta Sacla jekk huma allerġiċi għall-karawett. Dan peress li nstab li jista’ jkun fihom karawett li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

L-avviż ħareġ fi stqarrija mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika. L-avviż spjega li l-kumpanija involuta qeda twaħħal tikketti fuq il-prodotti involuti biex tinnotifika l-preżenza ta’ karawett, iżda peress li l-prodotti laħqu waslu għand il-konsumatur l-Ispettorat tas-Saħħa qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku. 

Il-prodotti huma dawn: Tomato Pesto, Chargrilled Aubergine Pesto, Classic Basil Pesto, Reduced fat Basil Pesto, Reduced Fat Tomato Pesto, Sun-dried Tomato Pesto, Truffle Pesto, Vegan Basil Pesto u ‘Nduja Pesto.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.