Attent: Jaf tispiċċa mingħajr wifi fuq l-iPhone jekk irċevejt din in-notifika

Dan il-weekend jaf tispiċċa mingħajr internet jekk għadek qed tuża iPhone 5. Dan hekk kif il-kumpanija Apple ħarġet aġġornamenti ġodda għas-sistema preżenti li qed jużaw l-iPhones 5 li jekk ma ssirx qabel nhar il-Ħadd li ġej, kull min juża iPhone 5 mhux se jibqa’ jkollu aċċess għall-wifi għax is-sistema preżenti ma tibqax kompatibbli ma’ dik moderna.

Apple qalet li min ma jniżżilx il-verżjoni tal-iOS 10.3.4 sat-3 ta’ Novembru mhux se jkollu iktar aċċess għal faċilitajiet essenzjali tal-iPhone li jiddependu mill-wifi. Dawn jinkludu fost l-oħrajn l-App Store, imejls, l-użu tal-web browsers u li wieħed iżomm l-informazzjoni fuq il-Cloud.

Jekk inti għandek iPhone 5 wisq probabli dal-aħħar irċevejt diversi notifiki jiġbdulek l-attenzjoni biex taġġorna s-sistema tal-mowbajl.

Jekk wieħed ma jaġġornarx l-iPhone 5 sa nhar il-Ħadd b’mod dirett, ikollu jaġġorna l-iPhone tiegħu billi jaqbbdu ma’ kompjuter.