Attent: Illejla diversi toroq magħluqa mill-Pulizija

Attent minn fejn se tgħaddi bil-karozza llejla. Dan hekk kif diversi toroq fl-inħawi tal-Imsida,il-Furjana u l-Belt Valletta se jkunu magħluqa minn ħabba diversi attivitajiet li se jkunu qed isiru fl-istess ħin.

L-attivitajiet prinċipali li se jsiru llejla jinkludu l-Festa tal-Imsida, il-Jazz festival il-Belt, il-festival tal-inbid fil-Ġnien ta’ Hastings u l-kunċert ta’ Joseph Callejja fuq il-Fosos tal-Furjana.

Apparti traffiku wieħed irid jaħseb kmieni biex ma jħallix il-karozza ipparkajata f’dawn il-postijiet imsemmija għax jista’ jiġi rmunkat:

Il-Furjana

  • Bejn il-5pm tal-lum sas-1am tal-Ħadd:
  • Triq Sarria bejn Triq San Tumas u Pjazza San Publju, Triq J. Lopez, Pjazza Ġwanni XXIII, Triq l-Arċisċof Mawro Caruana bejn Triq J. Lopez u Pjazza Ġwanni XXIII.
  • Bejn is-2pm tas-Sibt sas-1am tal-Ħadd il-parkeġġ kollu fl-akwati tal-lukanda Phoenicia.

    Raħal Ġdid
  • Triq Tal-Borġ se tkun magħluqa għat-traffiku u parkeġġ il-ġurnata kollha llum is-Sibt.

Marsaskala

  • Triq il-Knisja se tkun magħluqa llum is-Sibt mill-4pm ‘il quddiem.

L-Imsida

  • Bejn is-6pm is-Sibt u l-1.30am tal-Ħadd Triq ix-Xatt ta’ Xbiex direzzjoni lejn l-Imsida se tkun magħluqa għat-traffiku.
  • Illejla mis-6pm ‘il quddiem traffiku minn Triq ix-Xatt ta’ Xbiex direzzjoni lejn l-Imsida se jgħaddi minn Triq Abate Rigord għal Triq il-Prinċipessa Margerita għal Triq Testaferrata, l-Imsida.Illejla bejn it-8pm u s-1.30am Triq Mikiel Anton Vassalli mill-iskate park direzzjoni lejn l-Imsida it-triq se tkun magħluqa għat-traffiku.
  • Illejla bejn it-8pm u s-1.30am Triq il-Kunċizzjoni mix-xatt tal-Imsida direzzjoni lejn Triq d’Argens se tkun magħluqa għat-traffiku.
  • Illejla mit-8pm ‘il quddiem Triq il-Wied direzzjoni lejn l-Imsida se tkun magħluqa għat-traffiku.
  • Illejla traffiku minn Triq Reġjonali mill-Kappara direzzjoni lejn l-Imsida se jgħaddi minn ħdejn l-iskate park jew mill-mini ta’ Santa Venera u jkompli sejjer lejn Triq Dun Karm, Birkirkara.
  • Illejla minn nofs il-lejl ‘il quddiem Triq ix-Xatt tal-Pietà direzzjoni lejn l-Imsida se tkun magħluqa għat-traffiku.

Żurrieq

  • Illejla mis-6.30pm ‘il quddiem Misraħ ir-Repubblika, Triq P.P. Saydon sa Misraħ Mattia Preti, Triq il-Kmand, Triq il-Ġonna, Triq Joseph L. Zerada, Triq Serafin M. Zarb, Vjal il-Blue Grotto, Triq Santa Katarina u Triq il-Ħaddiema se jkunu magħluqa għat-traffiku.

Valletta

  • Illejla bejn l-4pm u s-1am Triq il-Mediterran minn ħdejn il-monument tal-Gwerra u minn ħdejn ir-roundabout Ta’ Liesse se tkun magħluqa għat-traffiku.

Informazzjoni – MRTU