Attent: Ħofor perikolużi f’Buġibba

Residenti f’Buġibba jinsabu urtati minħabba l-istat li spiċċat fih Triq il-Qroll hekk kif ħofor kbar qed iwasslu għal possibiltà ta’ ħsarat kbar fil-karozzi li jgħaddu minnha.

Meta wieħed jara l-filmat t’hawn fuq, u anke jisma’ l-ħoss li għamlet il-karozza hekk kif niżlet fil-ħofra jista’ jinduna l-istat gravi li fih tinsab din iż-żona partikolari tat-Triq.

Il-persuna li xerrdet dan il-filmat spjegat li għamlet rapport lill-Kunsill Lokali, madanakollu ssostni li baqgħet mingħajr risposta.

Spjegat ukoll li l-bankina li tidher fil-filmat wasslet biex mara anzjana li kienet miexja fuq il-bankina waqgħet għax ma ndunatx li kien hemm ħofra mgħottija. L-istess kif qed jiġri lill-karozzi li jgħaddu minn hemm u ma jindunawx li hemm ħofra kbira mimlija bl-ilma.

Newbook.com.mt ikkuntattja lil Transport Malta dwar dan il-każ.

Filmat: Sandie Chircop