Attent għax ix-xemx se tkompli taqli l-ankri

Għalkemm is-sħana qed tagħmel tagħha, jidher li għalissa mhux se tħallina bi kwietna hekk kif fil-jiem li ġejjin it-temperatura mistennija tkompli togħla.
Minħabba t-temperaturi, id-Divisjoni tas-Saħħa qed tavża lill-pubbliku biex bħalissa jixrob aktar ilma mis-soltu għax inkella jista’ jwassal għal nuqqas ta’ ilma fil-ġisem (dehydration).  
It-trabi, it-tfal żgħar, l-anzjani u l-persuni li jbatu minn kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna, huma mħeġġa’ joqgħodu attenti mix-xemx.
Fost il-pariri siewja għas-sajf hemm li:

  • Tevita milli toħroġ barra bejn 11.00am u l-4.00pm
  • Toqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fil-post tax-xogħol
  • Tixrob regolarment u tiekol ikel frisk
  • F‘każ ta’ dubju kkonsulta lit-tabib

 Għal aktar dettalji tista’ tikkuntattja lid-Diviżjoni tas-Saħħa fuq in-numru 21224071.