Siġra taqa’ fuq 6 karozzi u mutur f’Birkirkara

Siġra waqgħet fuq sitt karozzi u mutur tal-pulizija fi Triq il-Wied f’Birkirkara.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li seħħ l-inċident però jidher li ma weġġa' ħadd.
Skont il-Maltese Roads Traffic Updates (MRTU) it-triq bħalissa tinsab magħluqa.
Aktar kmieni llum, il-MRTU ssuġġerixxiet li jkun għaqli li wieħed jevita toroq qrib il-kosta minħabba possibiltà ta’ ħafna ilma baħar fit-triq.
Madanakollu, kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li s’issa ma nħarġet l’ebda twissija uffiċjali.
Illum u għada mistennija Grigalata kbira. Skont il-paġna tat-temp Gozo Weather Page mil-lum sistema ta’ pressjoni baxxa intensa se toħroġ minn fuq il-Libja u timxi bilmod lejn il-Greċja.
Rajt xi periklu ieħor fit-toroq illum? Ibagħtilna imejl fuq info@newsbook.com.mt
Ritratti: Walter Sargent, Stephanie Stivala, MRTU