Attent fejn tuża l-mowbajl

L-Istati Uniti kkonfermat li qed imutu aktar nies fit-triq minħabba l-użu tal-mowbajls.
Skont rapport ippublikat mill-Gvernaturi Amerikani għall-Assoċjazzjoni tas-Sigurtà fit-Toroq ħafna minn dawn in-nies qed ikunu vittma ta’ inċidenti stradali għax ikunu qed jużaw il-mowbajl waqt li jsuqu jew huma u jaqsmu t-triq.
L-Assoċjazzjoni qalet li fl-2016 fl-Istati Uniti mietu madwar 6,000 persuna, li hi l-ogħla rata f’20 sena.