Attent fejn tipparkja f’Marsaxlokk

Il-Ħadd li ġej ma tistax tipparkja f’Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk.
Il-Kummissarju tal-Pulizija avża li Xatt is-Sajjieda se jkun magħluq għat-traffiku bejn l-10am u s-siegħa ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija avżat ukoll li vetturi pparkjati b’kontrvenzjoni ta’ dan l-avviż se jiġi mċaqalqa permezz tat-towing.