ATTENT: Avviż mis-CPD għal min se jsuq billejl

Id-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili ħareġ avviż għal dawk li se jsuqu billejl minħabba l-maltemp.

Fuq Facebook is-CPD qal li ħalbiet tax-xita moderati bis-silġ se jaffettwaw lil Malta u lil Għawdex matul il-lejl. Id-dipartiment ħeġġeġ lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu. It-twissija nħarġet għal 12-il siegħa.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jgħid li t-temp għal għada mistenni jkun pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad, bil-buffuri, u bis-silġ kultant.

Is-CPD kien ħareġ avviż simili lbieraħ:

Thunderstorms are expected to affect Malta and Gozo within the next 13 hours. People are urged to drive with caution.

Posted by Civil Protection Malta on Wednesday, January 23, 2019