Attakki terroristiċi fuq Live; Facebook tibdel ir-regoli

Il-kumpanija Facebook biddlet xi regoli dwar l-użu ta’ Facebook Live wara l-attakki terroristiċi f’żewġ moskej f’New Zealand li ġew trażmessi fuq Live.

Nies li jiksru jew diġà kisru ċertu regoli fuq Facebook se jibda jkollhom aċċess limitat għal Facebook Live. Dawn l-offiżi se jżommuk ammont ta’ ġranet milli tuża Live. Eżempju, jekk tixxerja xiħaġa minn grupp terroristiku bla kuntest, tiġi awtomatikament imwaqqaf milli tuża Live għal xahar.

Barra minn hekk, Facebook investiet 7.5 miljun dollaru f’riċerka biex tittejjeb it-teknoloġija tal-analiżi ta’ filmati. Dan għaliex kien hemm nies li biddlu ftit il-filmat tal-attakk fi Christchurch biex ma jintgħarafx x’inhu, u reġgħu tellgħuh mingħajr ma jinqabdu.