Attakki Sri Lanka: Imfittxija 140 persuna b’rabta mal-IS

Reuters

Il-Pulizija fi Sri Lanka qed jippruvaw jinterċettaw 140 persuna li huma suspettati li  għandhom rabtiet mal-Istat Islamiku, li ħa r-responsabbiltà għall-attakki li saru nhar l-Għid il-Kbir fil-knejjes u l-lukandi ta’ Sri Lanka.

Il-Musulmani fi Sri Lanka huma mħeġġa’ biex jitolbu fi djarhom minħabba l-biża’ li jista’ jkun hemm ritaljazzjoni vjolenti. L-Ambaxxata Amerikana fi Sri Lanka avżat sabiex iċ-ċittadini jevitaw postijiet ta’ talb hekk kif huwa maħsub li jkun hemm iktar attakki mmirati lejn postijiet reliġjużi fi tmiem il-ġimgħa.

L-Arċisqof ta’ Colombo, il-Kardinal Malcolm Ranjith qal li ġiet żvelata informazzjoni tas-sigurtà interna u dan jista’ jwassal biex ma jkunx hemm quddies fi Sri Lanka kollha.