Attakki Pariġi: Tibda tfittxija għal raġel ta’ 26 sena

Uffiċjali Franċiżi qalu li bdiet it-tfittxija għal suspettat li rnexxielu jaħrab mill-attakki f’Pariġi.
Fi Franza nħareġ mandat ta’ arrest u ppubblikaw ritratt ta’ raġel ta’ 26 sena, identifikat bħala Abdeslam Salah.
L-awtoritajiet qalu li seba’ terroristi, tnejn minnhom residenti fil-Belġju, mietu waqt l-attakki f’Pariġi tard il-ġimgħa filgħaxija.
Il-Ministru tal-Intern Franċiż Bernard Cazeneuve qal li mill-investifazzjonijiet ħareġ li l-attakki kienu preparati minn barra minn grupp ta’ individwi Belġjani. Cazeneuve qal li l-grupp kellu nies kompliċi fi Franza biex seħħ l-attakk f’Pariġi.
Is-sejba ta’ karozza fil-Lvant ta’ Pariġi kabbret is-suspett li tal-inqas suspettat wieħed ħarab u għadu ma nqabadx.