Attakki Pariġi: Il-Vatikan jikkundanna kull “vjolenza miġnuna terroristika”

Il-Vatikan ikkundanna l-massakru ta’ Pariġi li ġie deskritt bħala “vjolenza miġnuna terroristika”.
Il-Vatikan sejjaħ għal risposta deċiżiva li tpatti għal din il-mewġa ta’ mibgħeda.
Il-Kelliem għall-Vatikan Patri Federico Lombardi qal li l-Knisja tikkundanna dawn l-attakki bl-aktar mod radikali flimkien mal-Papa Franġisku u ma’ dawk kollha li jħobbu l-paċi.
Mal-120 persuna nqatlu f’seba' attakki terroristiċi bi sparaturi u splużjonijiet li seħħew fil-kapitali Franċiża Pariġi.