Mohammed Abrini jammetti li kien “ir-raġel bil-kappell” fl-ajruport ta’ Brussell

Mohammed Abrini ammetta li hu kien dak li sar magħruf bħala “ir-raġel bil-kappell”, li deher f’diversi filmati wara l-attakki ta’ Pariġi u qabel dawk ta’ Brussell.
Dan wara li l-Ġimgħa filgħaxija ġie arrestat minħabba l-involviment tiegħu fl-attakki li saru fit-22 ta' Marzu li għadda fl-ajruport ta' Brussell.
Abrini ammetta li wara li seħħew l-attakki fuq l-ajruport ta' Zaventem biegħ il-kappell li kien liebes.
B’kollox, il-Pulizija Belġajana arrestat ukoll ħames persuni oħra, fosthom Osama K suspettat li kien involut fl-isplużjoni fil-metro ta’ Brussell, wara l-attakk tal-ajruport.
Dawn l-attakki ħallew 32 persuna mejta, filwaqt li dawk ta’ Pariġi f’Novembru li għadda kienu ħallew 130 vittma.