Attakki Pariġi: 26 vittma għadhom iridu jiġu identifikati

Il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls qal li 103 vittma mill-129 li nqatlu ġew identifikati, jiġifieri fadal issa 26 oħra x’jiġu identifikati.
Hekk kif ikomplu jiġu ppubblikati stejjer ta’ qsim il-qalb tal-vittmi, membri tal-familja ta’ dawk li għadhom ma ġewx identifikati, ma’ kull sekonda li tgħaddi qegħdin dejjem jistennew li taslilhom l-aħbar ħażina.
Il-maġġoranza tal-vittmi li ġew identifikati huma żgħażagħ.  Fost il-vittmi tal-attakk f’Bataclan hu avukat ta’ 26 sena li għadu kif ggradwa mil-London School of Economics.
Membri tal-familja u ħbieb ta’ dawk il-vittmi li għadhom ma nstabux qed jappellaw għall-informazzjoni fuq Twitter permezz tal-hashtag #rechercheParis.