Attakki mill-ajru jħallu vittmi innoċenti fis-Sirja

Qrib il-50 persuna mietu fis-Sirja llum wara attakk mill-ajru mill-forzi tal-Gvern Sirjan kontra militanti.
Skont l-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, li jinsab fir-Renju Unit, dawk maqtula huma kollha ċivili u fosthom hemm sitt itfal.
L-attakk seħħ fir-raħal ta’ al-Janudija, li jinsab f’idejn il-militanti tal-al-Nusra li huma affiljati mal-al-Qaeda.
Il-miltanti qed joqorbu lejn il-kosta fil-Mediterran, speċjalment fl-inħawi ta’ Latakia li hi l-bażi tal-President Sirjan Bashar al-Assad.
Skont in-Nazzjonijiet Magħquda, minn kemm ilhom li bdew l-irvellijiet erba’ snin ilu fis-Sirja, inqatlu mal-220,000 persuna u 12-il miljun oħra ħarbu minn djarhom.