Attakki fuq is-Sirja jħallu kważi 100 vittma

Mill-inqas 95 ruħ inqatlu u 120 ġew midruba wara attakki mill-ajru mill-forzi Amerikani fis-Sirja, f’żona maħkuma mill-militanti tal-Istat Iżlamiku.
L-ajruplani militari Amerikani wettqu mill-inqas 10 attakki fuq Raqqa, fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż. Huma sparaw fuq il-moskea prinċipali tal-belt, is-suq, u nħawi pubbliċi oħra.
Skont l-Osservatorju għad-Drittijiet Umani fis-Sirja, l-għadd ta’ vittmi mistenni jiżdied.