Attakki fis-Sirja: 30 persuna mejta

Minn tal-inqas 30 persuna mietu mit-Tramuntana tas-Sirja wara attakk mit-Turkija. Skont is-Syrian Observatory for Human Rights ibbażat fl-Ingliterra, 74 membru tal-Forzi Demokratiċi Sirjani (SDF) u 49 ribelli Sirjani ġew maqtula wkoll f’Ankara fit-Turkija.

Skont is-Syrian Observatory for Human Rights tmien suldati Torok ġew maqtula madankollu uffiċjali tal-belt Ankara kkonfermaw il-mewt ta’ ħamsa minnhom biss.

Il-Ġnus Magħquda qalet li madwar 100,000 persuna ġew sfurzati biex jitilqu minn djarhom fis-Sirja minħabba dan il-kunflitt. Il-biċċa l-kbira tagħhom qed isibu refuġju fil-bliet ta’ Al Hassakeh u Tal-Tamer fit-Tramuntana tas-Sirja.