Attakki bejn Portelli u Aquilina: “Portelli qed jigdeb”

Read in English.

Il-Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina fi stqarrija wara l-laqgħa tal-grupp parlamentari sostna li l-eks kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista qed jigdeb. Filwaqt li sostna li l-ebda theddid jew rikatti minn naħa ta’ Portelli mhu se jkunu qed iwaqfu lil Aquilina milli jagħmel xogħlu bħala deputat tal-Partit Nazzjonalista.

AQRA: Jirreżenja Pierre Portelli

Aquilina ċaħad b’mod kategoriku dak li Portelli allega fil-konfront tiegħu meta qal li Aquilina prova jgħaddi xi storja ffabrikata dwaru.

Aquilina saħaq li Portelli fl-ebda mument ma ċaħad li huwa ħabib personali ta’ Yorgen Fenech, sid il-kumpanija bbażata f’Dubaj 17 Black.

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista ddeskriva kif dak li huwa sejjaħ disprament ta’ Portelli l-eks kap tal-midja tal-PN spiċċa jattakka lill-istess partit li sat-Tnejn kien għadu jagħmel parti minnu u lil Aquilina personalment b’attakki li kienu jintużaw mill-Partit Laburista fiż-żmien li Aquilina kien isservi bħala President tal-Kunsill Amministrattiv.

AQRA: Filmat: ’Se tirreżenja Delia?’; “Le”

“Ma dehretx f’kawża kontra l-PN u lanqas kontra l-midja”

Portelli fuq il-midja soċjali allega li Aquilina deher f’kawża li l-ġurnalist Manuel Delia fetaħ kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista, wara li l-midja tal-PN ma ġabitx id-dritt għar-risposta lil Delia.  Aquilina sostna mal-midja li huwa ma deherx għal Delia f’din il-kawża u reġa’ tenna li huwa mhuwiex l-avukat ta’ Delia f’din il-kawża. Aquilina ddikkjara li huwa l-avukat ta’ Delia f’kawżi oħra iżda mhux f’dik kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista.

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista spjega li huwa kien preżenti fl-Awla bħala ma jiġri meta l-kawża tkun miftuħa.

AQRA: Aġġornata: Filmat: Tiħrax il-gwerra bil-kliem bejn Pierre Portelli u Karol Aquilina