Attakkati żewġ persuni parti mill-klabb ta’ B’Kara FC

Nhar il-Ħadd li għadda wara l-logħba bejn Birkirkara u Hibs jidher li fil-parkeġġ ta’ wara l-enclosure ġew aggrediti żewġ persuni li jagħmlu parti mill-istaff tekniku tat-tim tan-nisa ta’ B’Kara.

Il-vittmi kellhom jittieħdu Mater Dei minħabba l-ġrieħi li soffrew.

Min-naħa tiegħu, il-klabb ta’ B’Kara qed jitlob lill-Pulizija biex taqbad il-persuni li wettqu din l-aggressjoni fiżika.