‘Attakkati għax ridna noħorġu fix-xemx’ – immigrant f’Ħal Far

"Nhar it-Tlieta kienet ġurnata xemxija u meta żaru ċ-ċentru uffiċjali għolja tal-Gvern xtaqna noħorġu magħhom, iżda ma ħallewniex u kien hawnhekk li bdew il-problemi."  Hekk irrakkonta ma' Newsbook.com.mt immigrant residenti fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Far u li nhar it-Tlieta kien wieħed minn dawk midruba fir-rewwixta.
Spjega kif hu kien fost madwar 20 persuna li ġarrbu xi ġrieħi wara li l-pulizija bdew jisparaw bulits tal-lasktu. Qal li l-maġġor parti tagħhom rahom it-tabib fiċ-ċentru stess.
Semma wkoll kif tlieta minn sħabu kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura. Dan wara li ttieħdu l-għassa tal-pulizija biex jagħtu l-istqarrija tagħhom u ntefgħu f'ċella. Kien fid-9pm li ttieħdu l-Isptar Mater Dei mill-pulizija.
L-immigrant qal li wara dan kollu spiċċaw firduhom u tefgħuhom f'żoni differenti taċ-ċentru.
Qal kif qatt ma mmaġinaw li se jkunu f'sitwazzjoni daqstant diffiċli.

Ir-rakkont tal-immigrant jaqbel ma' dak li ntqal lis-sitt Għaqdiet mhux Governattivi dwar dak li seħħ nhar it-Tlieta. 

​Nhar it-Tlieta grupp ta' immigranti bdew jgħajtu għax jinsabu maqfula fiċ-Ċentru u aktar tard xi pulizija ġew attakkati b'ġebel, injam u oġġetti oħra mit-tieni sular taċ-ċentru. Seba' mill-immigranti ngħataw sentenza ta' sena ħabs sospiża għal sentejn wara li ammettew fil-Qorti li heddew puliizja u uffiċjali oħra taċ-Ċentru ta' Detenzjoni. 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.