Attakkata gazzetta Ġermaniża li ppubblikat cartoons ta’ Charlie Hebdo

Ġie attakkat il-bini tal-gazzetta Ġermaniża Hamburger Morgenpost wara li l-gazetta stampat cartoons tal-Profeta Mohammed hekk kif maħruġa fir-rivista Charlie Hebdo.
Jirriżulta li l-gazzetta Hamburger Morgenpost ma kinitx l-unika gazzetta Ġermaniża li stampat cartoons tar-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo.
Dan wara li nhar l-Erbgħa, tliet persuni armati bil-kalashnikovs u rocket launcher daħlu fil-bini tar-rivista satirika Charlie Hebdo f'Pariġi u wettqu massakru mill-ħaddiema. 
Il-Pulizija qalet li ħadd ma weġġa’ f’dan l-attakk fuq il-bini tal-gazzetta Ġermaniża hekk kif jirriżulta li ma kien hemm ħadd fil-bini waqt li seħħ dan l-attakk.
Jidher li żewġ persuni ġew arrestati b’suspett li wettqu dan l-attakk fil-Ġermanja.