Attakkat l-internet fiċ-Ċina

Fiċ-Ċina, seħħ dak li hu deskritt bħala l-akbar attakk li qatt sar fuq l-interent. B’konsegwenza ta’ dan l-attakk, numru ta’ servers waqgħu u b’hekk is-siti li jispiċċaw .cn ma setgħux jiġu aċċessati.  

Dan l-attakk seħħ il-Ħadd filgħodu u l-problema damet sagħtejn biex tiġi riżolta.

Skont ic-China Internet Network Information Centre (CNNIC) l-attakk sar billi ġie maħluq numru eċċessiv ta’ talbiet biex jiġu aċċessati siti li jispiċċaw b’.cn u b’hekk is-servers ġew mgħobbija żżejjed tant li ma setgħux ilaħħqu mad-domanda u waqgħu.

L-awtoritajiet fiċ-Ċina mhumiex qed jikkumentaw dwar min qed jaħsbu li kien wara dan l-attakk.