Attakk Westminster: Eluf ta’ pulizija jinġabru għall-funeral

Bħalissa għaddej il-funeral tal-uffiċjal tal-pulizija Keith Palmer, li nqatel fl-attakk ta’ Westminster tax-xahar li għadda.
Il-funeral qed isir fil-Katidral Southwark fiċ-ċentru ta’ Londra.
Eluf ta’ uffiċjali tal-pulizija nġabru għall-korteo funebri ta’ kważi tliet mili, li beda mill-Palazz ta’ Westminster.
Dakinhar tal-attakk terroristiku, Palmer, li kellu 48 sena, kien qed jassisti l-Parlament hekk kif spiċċa qala’ daqqiet ta’ sikkina minn Khalid Masood.
Huwa nqatel waqt li kien qed jipprova jwaqqaf lil Masood milli jidħol fil-Parlament.
Masood, li saq għal fuq in-nies fuq il-pont ta’ Westminster, inqatel mill-Pulizija.