Attakk Westminister: Tmut il-mara li l-għarus kien se jipproponilha

Mara Rumena li waqgħet fi xmara Thames waqt l-attakk terroristiku f’Thames mietet.
Andreea Cristea hija l-ħames vittma tal-attakk li seħħ fit-22 ta’ Marzu, li fih Khalid Massod saq fuq in-nies f’Westminister Bridge u qatel pulizija.
Khalid Masood kien għamel suwiċidju billi spara fuqu nnifsu.
Cristea ta’ 31 sena kienet vaganza mal-għarus tagħha.
L-għarus tagħha kien se jipproponilha għaż-żwieġ dakinhar.