Attakk waqt party illegali tal-Halloween: Tnejn midruba serjament

Irġiel mhux magħrufa lebsin ta’ buffi u maskri tal-iħiersa fetħu n-nar bil-machine guns fuq folla żgħażagħ fil-Punent ta’ Londra waqt party llegali tal-Halloween.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri l-ħin tal-attakk li seħħ ilbieraħ f’Leyton fejn raġel irribatta għall-attakk billi spara lura lejn l-agressuri f’nofs sala mimlija nies.
Raġel ta’ 41 sena kien milqut f’siequ filwaqt li żagħżugħa oħra ntlaqtet f’sidirha.
Il-Pulizija kkonfermaw li r-raġel jinsab f’kundizzjoni stabbli filwaqt li l-mara ma sofriet ġrieħi gravi.
Waqt l-attakk kien hemm minn tal-inqas 100 persuna maqbuda fl-istabbiliment tad-divertiment hekk kif l-agressuri bblokkaw l-entraturi bil-karozzi tagħhom biex in-nies ma jkunux jistgħu jidħlu jew joħorġu waqt li huma daħlu jisparaw.
Sid ta’ ħanut fil-viċinanzi ddeskriva x-xena mal-midja internazzjonali bħala eżekuzzjoni tal-massa li marret żmerċ.
Wieħed miż-żagħżagħ li dak il-ħin kien fl-istabbiliment tad-divertiment qal li ra mill-inqas erba’ armi jintużaw waqta dak li fi kliemu kien attakk ta’ orrur.