Attakk terroristiku fil-Pakistan iħalli 31 persuna mejta

Minn tal-inqas 31 persuna nqatlet meta splodiet bomba fil-belt ta’ Peshwar, fil-Pakistan. Hu mifhum li mas-70 ruħ oħra huma midruba.

Dan l-attakk terroristiku wasal ftit jiem biss wara attakk fuq knisja Anglikana, attakk li ħalla xejn inqas minn 80 persuna mejta. Dan tal-aħħar kien l-aktar attakk terroristiku li ħalla warajh Kristjani mejta.

S’issa, ħadd għadu ma ħa responsabiltà għall-attakk f’Peshwar.