Attakk suwiċida ppjanat minn familja jħalli ħerba fl-Indoneżja

Madwar 10 persuni nqatlu u 40 oħra ndarbu fi 3 attakki bomba fi knejjes separati f’Surabya fl-Indoneżja. Dawn l-attakki seħħew f’temp ta’ 10 minuti.
Dawn l-attakki twettqu minn familja waħda, meta l-omm suwiċida, flimkien ma’ żewġt itfal tagħha, attakkaw knisja minnhom, filwaqt li l-missier u 3 itfal subien attakkaw iż-żewġ knejjes l-oħra, qal il-Kap tal-pulizija Tito Karnavian.     
L-ewwel splużjoni seħħet għall-ħabta tas-7.30am ħin hemmehkk.
Il-knejjes tal-lokal huma temporanjament magħluqa.
Minkejja li l-maġġoranza tal-popolazzjoni fl-Indoneżja hija Musulmana, hemm numru ta’ Kristjani, Hindu u Buddisti, li huma inkwetati biż-żieda ta’ intolleranza fil-pajjiż. 
Il-pajjiż ra żieda qawwija fl-ammont ta’ militanti Iżlamiċi fl-aħħar xhur.
Ritratt: Reuters