Attakk suwiċida minn mara fuq il-Pulizija f’Istanbul

Mara wettqet attakk suwiċida permezz ta’ bomba f’Istanbul bil-kawża li pulizija miet u pulizija ieħor indarab serjament.
Rapporti qalu li bil-bomba li ħasdet ukoll ħajjet il-mara, intlaqtet għassa tal-Pulizija.
Jidher li l-mara kienet titkellem bl-Ingliż iżda l-identità u n-nazzjonalità tagħha għadhom mhux magħrufa.
Sa issa, l-ebda grupp ma refa’ responsabilità għal dan l-attakk li kien it-tieni attakk fuq il-Pulizija fi żmien ġimgħa.
Il-Pulizija Torka għalqet l-inħawi tal-moskea l-blu.