Attakk suwiċida fil-Pakistan joqtol pulizija, tarbija u ġurnalist

Fil-Pakistan, attakk suwiċida ħalla mill-inqas għaxar persuni mejta, fosthom ħames pulizija, tarbija u ġurnalist.
Madwar 20 ruħ oħra ndarbu.
L-attakk seħħ fid-distrett ta’ Peshawar, li mhux l-ewwel darba li safa fil-mira ta’ attakki vjolenti.
Raġel li kien qed isuq mutur sploda lilu nnifsu qrib checkpoint tal-Pulizija.
Ħadd għadu ma ħa r-responsabiltà tal-attakk imma fl-aħħar xhur kien hemm diversi kunflitti bejn il-Pulizija u t-Talibani f’dan id-distrett.