Attakk suwiċida fil-Kenja iħalli 56 persuna mejta

Żewġ persuni wettqu attakk suwiċidi fi knisja fil-Peshawar, il-Kenja. Fil-ħin tal-attakk fil-knisja kien hemm madwar 400 persuna li minnhom 56 tilfu ħajjtihom u 120 oħra ndarbu.

Hu mifhum li l-attakk seħħ meta zewġ persuni splodew lilhom infushom fil-ħin meta n-nies kienu ħerġin mill-knisja wara servizz ta’ talb.

Persuna li kienet fuq il-post irrakontat li wara l-isplużjoni kull ma seta jara kien tifrik, terrapin, duħħan u dmijja ma kullimkien.

Il-Kummissarju ta’ Peshawar, Sahibzada Anees qal li dawk l-inħawi huma fil-mira ta’ atti terroristiċi u dawk li ndarbu f’dan l-attakk huma kollha f’kundizzjoni kritika. Fost il-mejta hemm numru ta’ tfal.