Attakk Strasburgu: Għajnuna għall-Maltin

Reuters

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħabbar li l-ebda Maltin ma weġġgħu jew spiċċaw vittmi għall-attakk terroristiku li sar fi Strasburgu lbieraħ filgħaxija, u offra l-għajnuna tiegħu lil dawk li qegħdin hemmhekk.

Fi stqarrija, il-Ministeru avża lill-Maltin li qegħdin fi Strasburgu biex jimxu mal-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi.

Il-Ministeru qal li qiegħed f’kuntatt kostanti mal-Ambaxxata Maltija f’Pariġi, mar-Rappreżentanza Maltija għall-Kunsill għall-Ewropa fi Strasburgu u mal-awtoritajiet Franċiżi.

Qal ukoll li min qiegħed fi Strasburgu u jeħtieġ l-għajnuna għandu jikkuntattja lil:

L-Ambaxxata Maltija fi Franza

23 rue d’Artois, (2nd floor), 75008 Paris, France
VOIP: 2204 2076/7
Tel: 0033 (1) 5659 7590
Mob: 0033 06 48 360798 | 0033 6 70 932683
Email: maltaembassy.paris@gov.mt

Ir-Rappreżentanza Maltija għall-Kunsill għall-Ewropa fi Strasburgu

70 allée de la Robertsau, 67000 Strasbourg, France
VOIP: 2204 8870
Tel: 003 (0) 3 8824 7610
Emergency: 0033 (0) 7 83 78 12 68
Email: malta-coe.strasbourg@gov.mt

F’każ ta’ emerġenza, il-Maltin jistgħu jċemplu lill-Ministeru fuq (+356) 21242191.