Attakk Sirja: “Mhuwiex minnu li l-attakk sar bil-barka tiegħi” – President

Il-President Sirjan Bashar-al Assad saħaq li rapporti li sostnew li l-attakk b’armi kimiċi sar bil-barka tiegħu kienu mija fil-mija foloz.
F’intervista ma’ Agence France-Presse, il-President qal li fl-ebda mument ma ta ordni biex iseħħ l-attakk.
Kompla jgħid li l-inċident mhuwiex konvinċenti filwaqt li kompla jgħid li d-dettalji li ġew irrappurtati ma kinux kredibbli hekk kif is-sors tagħhom kien Nusra Front, liema sors kien jaffilja mal-al-Qaeda.
Fir-4 ta’ April, iktar minn 80 persuna sfaw maqtula bil-belt ta’ Khan Sheikhoun, ġewwa l-provinċja ta’ Idlib.
L-Istati Uniti, it-Turkija u stati oħra tal-Punent ippuntaw subagħhom lejn ir-reġim ta’ Assad għall-imwiet imġarrba.