Attakk Santa Luċija: Mhux eskluż li kien attentat ta’ qtil

Il-Pulizija qed tfittex żewġt irġiel maħsuba li attakkaw u pprovaw joqtlu raġel ta’ 59 sena f’Santa Luċija.
Ir-raġel, li ġie attakkat f’daru fis-satra tal-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, jinsab f’qagħda kritika.
Diversi rapporti lokali qed jirrapportaw li l-Pulizija qed tqis dan l-attakk bħala attentat ta’ qtil. Madanakollu ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Pulizija ma kkonfermax dan is-suspett.
Kien fl-4.30 tal-Ġimgħa filgħodu meta l-Pulizija sabu li r-raġel ferut b’diversi daqqiet ta’ sikkina f’dahru, f’għonqu u f’idu, li jindikaw li pprova jilqa’ għad-daqqiet. Huwa nstab midrub mal-art fil-kamra tas-sodda.
Qed jiġi rrapportat ukoll li l-aggressurti aktarx daħlu minn tieqa tat-terazzin li tagħti għall-appartament.
Ir-raġel instab f’dik il-qagħda minn raġel Libjan. Min-naħa tiegħu l-vittma qal li ma jafx lill-aggressuri.
Ritratt: arkivji