Attakk New York: Trump jordna stħarriġ dettaljat fuq dawk li jidħlu l-Istati Uniti

Il-President Amerikan Donald Trump ordna lid-Dipartiment tas-Sigurta Interna biex isaħħaħ il-miżuri tiegħu biex isir stħarriġ iżjed fil-fond u bir-reqqa fuq dawk il-persuni li jkunu dieħla fl-Istati Uniti.
Dan wara l-attakk tal-bieraħ fi New York meta raġel saq vann għal fuq ċiklisti
B’kollox tmienja huma kkonfermati mejta u 15 indarbu serjament.
 

https://platform.twitter.com/widgets.js

Il-Pulizija fetħet in-nar fuq is-sewwieq li aktar tard ħareġ mill-vettura u kien arrestat.
Aktar tard huwa ġie indentifikat bħala Sayfuloo Saipov ta’ 29 sena, immigrant li kien daħal l-Istati Uniti fl-2010.
Uffiċjali qed iqisu dan l-attakk bħala wieħed terroristiku.
Skont midja Amerikana, fil-vann instabet nota b’referenza għal dak li jseħħaħ lilu nnifsu bħala l-Istat Iżlamiku.
L-istess akkużat kien ġie arrestat is-sena li għaddiet wara li kiser il-liġijiet tat-traffiku.